
Wara l-attività ta’ Mejju, is-Sezzjoni Briju Santa Marija qed tipprepara għall-attivita’ oħra, din id-darba fuq il-bejt tal-Każin tal-Banda Leone nhar is-Sibt 10 ta’ Ġunju 2017, fit-20.00hrs.
Ikla BBQ Ribs, b’salads tal-għaġin u patata u tagħlaq b’deżerta.
Dħul minn din l-attività, u minn attivitajiet oħrajn organizzati mis-Sezzjoni Briju Santa Marija, imur għas-sorpriżi u marċi brijużi tal-festa ta’ Santa Marija.
Biljetti, bi prezz ta’ ħmistax-il ewro, mingħand Joshua Zammit, Marcella Tabone, Tereża Grima jew membri oħrajn tas-Sezzjoni Briju Santa Marija. Tfal jidħlu b’xejn.