
Nhar is-Sibt 25 ta’ Novembru 2017, fit-8.30pm, iż-żgħażagħ tagħna se jorganizzaw ikla fil-Każin tal-Banda Leone, b’risq il-Festa ta’ Santa Marija 2018.
L-ikla tinkludi tlett tipi t’għaġin, flimkien ma’ selezzjoni ta’ antipasto u deżerta. Se jkun hemm ukoll l-għażla ta’ gluten u lactose-free għal dawk li huma intollerati.
Il-prezz ta’ din l-ikla huwa ta’ €12, filwaqt li tfal jieklu b’xejn.
Biljetti jistgħu jinkisbu mingħand Marcella Tabone (79800684), Daniel Borg (79241515) u Tereża Grima (79551419).
Niltaqgħu!
