‘Cavalleria Rusticana’ u ‘I Pagliacci’

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

‘Cavalleria Rusticana’ u ‘I Pagliacci’

Saturday, 14 October 2017, 19:00 - 23:00

It-Teatru tal-Opra Aurora se jkun qed jiċċelebra l-40 sena ta’ Opra f’Għawdex nhar is-Sibt 14 t’Ottubru 2017 bil-produzzjonijiet ‘Cavalleria Rusticana’ (1890) ta’ Pietro Mascagni u ‘I Pagliacci’ (1892) ta’ Ruggero Leoncavallo.

Il-Cavalleria u l-Pagliacci, għalkemm mhux relatati, ġew imfassla lejn tmiem is-seklu dsatax u jitkellmu dwar il ħajja taċ-ċittadin komuni u temi folkloristiċi ambjentati fin-nofsinhar tal-Italja u Sqallija. Dawn huma żewġ opri li kienu rivoluzzjonarji fis-suġġett trattat u fl-istil mużikali użat. 

 

 

Flimkien ma’ biljetti ta’ € 45, € 60, € 70 u € 80, it-Teatru tal-Opra Aurora qiegħda għall-ewwel darba titlob lill-udjenza sabiex jordnaw il-kumplimenti tagħhom mill-kumdità ta’ djarhom, bħas-servizz ta’ trasport shuttle, jew ta’ taxi minn u lejn it-teatru, ordni tal-programm ta’ tifkira mħallas minn qabel, aċċess għall-vin d’honneur esklussiv u aċċess ta’ prijorità għal-lift. Dan kollu, flimkien mal-prenotazzjoni tas-siġġijiet, jistgħu jsiru onlajn fuq www.teatruaurora.com. Assistenza għal dan jista’ jinkiseb fuq 79045779.

L-Opra fl-Aurora qed tiġi prodotta bħala parti mill-Gozo Cultural Support Programme bejn il-Ministeru għall-Għawdex u l-Kunsill tal-Arti.

 

 

 

Details

Date:
Saturday, 14 October 2017
Time:
19:00 - 23:00
Website:
http://teatruaurora.com/operas-cavalleria-rusticana-i-pagliacci/

Venue

Teatru tal-Opra Aurora
100, Triq ir-Repubblika
Victoria, Gozo VCT1017 Malta

Organizer

Teatru tal-Opra Aurora
Phone:
79045779
Website:
www.teatruaurora.com