Il-Presidenti
Is-Soċjetà Filarmonika Leone dejjem gawdiet mis-servizzi ta' persuni magħrufa u ta’ fama fl-ogħla kariga ta' President. L-istatut tas-Soċjetà jitlob li l-President ikun elett b'votazzjoni minn fost il-membri eletti fil-kumitat ċentrali. Huwa jmexxi u jieħu sehem fis-seduti u d-diskussjonijiet tal-kumitat iżda, b'mod ordinarju, ma jivvutax. Il-President għandu d-dmir ukoll isejjaħ il-laqgħat tal-kumitat eżekuttiv meta jħoss il-ħtieġa.
Sa mit-twaqqif tagħha, is-Soċjetà Filarmonika Leone kellha 14-il President.
L-Avukat Isidoru Xuereb (1847-1919) | Is-Sur Alessandro Tabone (1854-1928) | L-Onor Pawlu Sammut (c.1844-1916) |
It-Tabib Ettore Tabone (1875-1951) | Is-Sur Pawlu Pisani (1873-1957) | L-Ispiżjar Anton Tabone (1879-1937) |
Is-Sur Ġużeppi Azzopardi (1877-1951) | L-Avukat Francesco Masini (1894-1962) | Is-Sur Ġuże Vella Muskat (1911-1998) |
Is-Sur Ġuże Tabone (1902-1989) | In-Nutar John Busuttil (1930-2002) | Is-Sur Ġanni Cremona (1926- ) |
Is-Sur Louis Xuereb (1931- ) | L-Avukat Michael Caruana (1958- ) |