Din l-elezzjoni saret fis-Sala Dr Francesco Masini fil-Każin tal-Banda Leone, li għaliha kienu eleġibbli għall-vot il-bandisti effettivi, membri tal-kumitat, kapijiet tal-fergħat u president u bandisti onorarji. Il-Kummissjoni Elettorali kienet komposta minn Anna Attard bħala Chairperson, Mariella Sultana u Jana Theuma bħala membri.
Il-Kumitat Ċentrali elett minn din l-elezzjoni huwa hekk kif ġej:
President | Dr Michael Caruana | 95.7% |
Segretarju | Thomas Bajada | 97.9% |
Kaxxier | Joseph Portelli | 95.7% |
Kordinatur tal-Banda | Anton Portelli | 95.8% |
Prokuratur tal-Festa | Joseph Cordina | 97.9% |
Direttur tal-Kazin | Silvan Grima | 89.4% |
Manager tat-Teatru | Gilbert Haber | 89.1% |
Il-Kumitat Ċentrali elett għandu jiltaqa’ fil-jiem li ġejjin sabiex jaħtar l-assistenti u karigi fi ħdan is-Soċjetà hekk kif stipulat mill-istatut.