Il-Kummissjoni Elettorali qed tilqa’ n-nomini għall-elezzjoni tal-Kumitat Ċentrali għall- perjodu amministrattiv 2022 sa 2024. In-nomini huma miftuħa għall-karigi li ġejjin:
PRESIDENT
SEGRETARJU
KAXXIER
KORDINATUR TAL-BANDA
PROKURATUR TAL-FESTA
DIRETTUR TAL-KAŻIN
MANAGER TAT-TEATRU
RAPPREŻENTANT TAL-FERGĦAT
Il-formuli għandhom ikunu sottomessi fil-kaxxa ssiġillata f’livell wieħed tal-Każin tal- Banda Leone sa nhar l-Erbgħa 23 ta’ Novembru 2022, 7:00pm. Formuli jistgħu jinġabru mill-istess kaxxa. Formuli għandhom ikunu nominati minn Bandist jew Membru tal- Kumitat preċedenti, u iffirmati mill-kandidat innifsu.
L-Elezzjoni se ssir fis-Sala Dr Francesco Masini fil-Każin tal-Banda Leone, nhar:
Is-Sibt 26 ta’ Novembru 2022 bejn is-6:00pm u it-8:00pm, u,
Il-Ħadd 27 ta’ Novembru 2022 bejn l-10:00am u 12:00pm, u l-4:00pm u l-5:30pm.
Intitolati għall-vot huma:
Bandisti effettivi, Bandisti Onorarji, Presidenti Onorarji, Membri tal-Kumitat preċedenti u Kapijiet tal-fergħat tal-Għaqda Armar, Vampa, Żgħażagħ Iljuni, Folk, Kor u Tombla.