{"id":729,"date":"2017-01-08T15:28:29","date_gmt":"2017-01-08T15:28:29","guid":{"rendered":"http:\/\/josephbonnici.com\/leone\/?p=729"},"modified":"2017-02-11T13:12:32","modified_gmt":"2017-02-11T13:12:32","slug":"40-sena-ilu-l-ewwel-opra-lirika-fghawdex","status":"publish","type":"post","link":"http:\/\/www.leone.org.mt\/ahbarijiet\/40-sena-ilu-l-ewwel-opra-lirika-fghawdex","title":{"rendered":"40 sena ilu: L-ewwel opra lirika f\u2019G\u0127awdex"},"content":{"rendered":"

Wara li fl-2016 is-So\u010bjet\u00e0 Filarmonika Leone i\u010b\u010belebrat l-erbg\u0127in anniversarju mill-ftu\u0127 tat-Teatru tal-Opra Aurora fi Triq ir-Repubblika, l-akbar teatru tal-opra fil-pajji\u017c, ilbiera\u0127 u llum, is-7 u 8 ta\u2019 Jannar, is-So\u010bjet\u00e0 bix-xieraq fakkret l-erbg\u0127in anniversarju mill-ewwel opra lirika li ttellg\u0127et f\u2019G\u0127awdex \u2013 l-ewwel opra li ppre\u017centat hi stess fl-Aurora, il-Madama Butterfly<\/em> ta\u2019 Puccini.<\/h4>\n

Il-Manifest tal-Opra Madama Butterfly – L-ewwel opra lirika f’G\u0127awdex.<\/p><\/div>\n

Dakinhar, fl-1977, tliet xhur biss wara l-ftu\u0127 uffi\u010bjali tat-Teatru tal-Opra Aurora, is-So\u010bjet\u00e0 Filarmonika Leone ma qag\u0127ditx lura u m\u2019g\u0127amlitx \u0127afna kompromessi mal-kwalit\u00e0. Fi\u010b-\u010birkustanzi u fil-kuntest ta\u2019 dak i\u017c-\u017cmien, \u0121abet kantanti barranin ta\u2019 fama internazzjonali mit-teatri ta\u2019 Ruma u ta\u2019 Milan sabiex tellg\u0127et l-opra. Fost dawn il-kantanti nsibu s-sopran Flavia Tabili, il-mezzo-sopran Giuliana de Filippo, it-tenuri Savatore Fisichella u Carlo Flamini u l-baritonu Giovanni de Angelis. Ir-re\u0121ista ta\u2019 din l-opra kien it-Taljan Dario Micheri. G\u0127al dawn il-kuntatti kien strumentali l-Kommendatur Paolo Pace. Il-kwalit\u00e0 tal-opra 40 sena ilu ma tistax titqabbel mal-kwalit\u00e0 tal-opra tal-lum, i\u017cda element essenzjali li baqa\u2019 l-istess fl-opra f\u2019G\u0127awdex, kif imwielda mit-Teatru Aurora, huwa t-ti\u017cwiqa tal-professjonali mal-volontarjat. Hekk pere\u017cempju anki s-sett. Dan kien iddisinjat professjonalment mir-rinomat Henry Lynch Robinson filwaqt li mbag\u0127ad inbena mill-voluntiera tas-So\u010bjet\u00e0 Leone. Sa mill-ewwel okka\u017cjoni, l-opra kienet ta\u2019 opportunit\u00e0 g\u0127all-istess nies tag\u0127na sabiex jit\u0127alltu ma\u2019 min hu professjonali u hekk bdiet ukoll storja ta\u2019 tag\u0127lim u ta\u2019 formazzjoni g\u0127an-nies involuti fil-qasam tat-teatru u tal-arti lokalment. L-orkestra, minn Malta, kienet ta\u0127t it-tmexxija tas-Surmast Joseph Sammut, filwaqt li l-Kor tas-So\u010bjet\u00e0 Filarmonika Leone kien im\u0127arre\u0121 mis-Surmastrijiet Anton Bonnici u Alfred Arnold.<\/p>\n

Il-Madama Butterfly<\/em> kienet wirja ta\u2019 determinazzjoni u \u0127idma kollettiva mis-So\u010bjet\u00e0 Filarmonika Leone u l-voluntiera partitarji tag\u0127ha. Is-su\u010b\u010bess wassal sabiex din l-opra \u0121iet ukoll mxandra fuq l-istazzjon nazzjonali. Grazzi g\u0127al din l-produzzjoni operistika, kien re\u0121a\u2019 tqanqal l-interess f\u2019dan il-\u0121eneru artistiku, li kulma jmur kien qed imajna f\u2019Malta. Din kienet il-fjamma ta\u2019 passjoni operistika li g\u0127adha mkebbsa fil-qalb tas-So\u010bjet\u00e0 erbg\u0127in sena wara, anke jekk il-produzzjoni operstika mhix fost l-aktar pro\u0121etti finanzjarjament vijabbli. Illum, it-Teatru tal-Opra Aurora g\u0127andu x-xorti li jipprodu\u010bi opra fil-\u0127arifa u jospita opra o\u0127ra fir-rebbieg\u0127a. Infatti, nhar l-1 t\u2019April l-Aurora se tospita l-opra Madama Butterfly<\/em> (produzzjoni tal-kor Gaulitanus) u se tipprodu\u010bi \u017c-\u017cew\u0121 opri Cavalleria Rusticana <\/em>u I Pagliacci<\/em> nhar l-14 t\u2019Ottubru, li g\u0127alihom il-booking<\/em> huwa di\u0121a miftu\u0127.<\/div>\n
 <\/div>\n
Dan kollu, is-So\u010bjet\u00e0 tafu g\u0127ad-direzzjoni li kellha, li dejjem g\u0127arfet tixpruna l-operat tas-So\u010bjet\u00e0, tisfrutta l-okka\u017cjoni li ti\u0121i quddiemha u tag\u0127mel minnha su\u010b\u010bess. Dan kollu, is-So\u010bjet\u00e0 tafu g\u0127all-ba\u017ci soda ta\u2019 partitarji leali li dejjem kellha \u2013 partitarji li mal-i\u010bken kelma u avvi\u017c dejjem issibhom lesti biex jag\u0127tuk is-sa\u0127\u0127a tan-numri, g\u0127aliex mas-sa\u0127\u0127a tal-\u0127sieb, pro\u0121etti kbar b\u0127alma hija l-opra dejjem te\u0127tie\u0121 ukoll is-sa\u0127\u0127a tan-numri. Dawn is-su\u010b\u010bessi matul 40 sena s\u0127a\u0127, is-So\u010bjet\u00e0 tafhom ukoll lil g\u0127add ta\u2019 kumpaniji privati, donaturi u sostenituri, u mhux l-inqas lill-gvernijiet, li fis-So\u010bjet\u00e0 Leone u fit-Teatru Aurora dejjem raw a\u0121enti serji u denji tal-kultura f\u2019pajji\u017cna u dejjem g\u0127enu bis-s\u0127i\u0127. Bil-kontribut ta\u2019 dawn kollha, is-So\u010bjet\u00e0 Filarmonika Leone, illum fl-40 anniversarju minn tragward liema b\u0127alu tikkommetti ru\u0127ha li tibqa\u2019 kreattiva u innovattiva biex tikber, tissa\u0127\u0127a\u0127 u tkun ta\u2019 \u0121id g\u0127al uliedha li minnha g\u0127ad iridu jgawdu fis-snin li \u0121ejjin.<\/div>\n
 <\/div>\n
Dan ta\u2019 40 sena ilu kien l-ewwel pass sabiex is-So\u010bjet\u00e0 Filarmonika Leone, bit-Teatru tal-Opra Aurora, tikteb l-istorja tal-arti operistika fil-g\u017cira G\u0127awdxija. Is-So\u010bjet\u00e0 hija determinata li dak bdiet fit-Teatru Aurora nhar is-7 u 8 ta\u2019 Jannar 1977, tkompli tibni fuqu g\u0127as-snin sbie\u0127 u e\u010bitanti li g\u0127andha quddiemha.<\/div>\n
 <\/div>\n
\n\n \t
\n [Show slideshow]<\/a>\n\t\t\n\t<\/div>\n\t\t\t\n\t\t\t\t