{"id":3065,"date":"2022-04-07T22:05:26","date_gmt":"2022-04-07T22:05:26","guid":{"rendered":"http:\/\/www.leone.org.mt\/?p=3065"},"modified":"2022-04-07T22:24:12","modified_gmt":"2022-04-07T22:24:12","slug":"ihallina-l-vici-president-edward-grech","status":"publish","type":"post","link":"http:\/\/www.leone.org.mt\/ahbarijiet\/ihallina-l-vici-president-edward-grech","title":{"rendered":"I\u0127allina l-Vi\u010bi-President Edward Grech"},"content":{"rendered":"
 <\/div>\n
\n

B\u2019niket u b\u2019sog\u0127ba kbira, is-So\u010bjet\u00e0 Filarmonika Leone t\u0127abbar il-mewt tal-Vi\u010bi President tag\u0127ha, Edward Grech fl-et\u00e0 ta\u2019 98, li se\u0127\u0127et aktar kmieni llum 7 t\u2019April 2022.<\/p>\n

Imwieled il-Belt Victoria nhar l-4 ta\u2019 Marzu 1924, Dwardu, kif jafu kul\u0127add, kien il-kbir fost 7 a\u0127wa. \u0126afna nies jafuh b\u0127ala g\u0127alliem fl-aqwa tal-karriera tieg\u0127u. Illum jafuh \u0127afna wkoll b\u0127ala Le\u0121junarju ta\u2019 Marija attiv.<\/p>\n

I\u017cda s-So\u010bjet\u00e0 Filarmonika Leone tafu f\u2019\u0127afna karigi. Filfatt, fi kliemu, Edward Grech serva f\u2019kull kariga uffi\u010bjali tal-kumitat \u0127lief dik ta\u2019 President. Attwalment kien wie\u0127ed mi\u017c-\u017cew\u0121 Vi\u010bi-Presidenti. I\u017cda apparti Vi\u010bi-President, Grech serva g\u0127al \u0127afna mill-a\u0127\u0127ar snin tieg\u0127u b\u0127ala chairman tal-Kummissjoni Banda, fil-Kumitat E\u017cekuttiv u kien l-uffi\u010bjal inkarigat mill-organizzazzjoni tat-Ti\u0121rijiet ta\u017c-\u017bwiemel ta\u2019 Santa Marija.<\/p>\n

Dwardu kien l-aktar membru tal-kumitat veteran mhux biss fl-et\u00e0 i\u017cda anki fis-snin ta\u2019 servizz g\u0127al iktar minn 70 sena. Bi\u017c\u017cejjed ng\u0127idu li kien l-a\u0127\u0127ar membru tal-kumitat tal-1956, li bil-\u0127idma tag\u0127hom telg\u0127et il-vara ta\u2019 Santa Marija fil-Katidral. Minn intervisti li huwa ta, huwa kien ikun wie\u0127ed minn dawk li kienu jmorru jittrattaw mal-Isqof Pace fil-kwistjonijiet parrokkjali, u jirrakkonta l-oppo\u017cizzjoni estrema tal-Isqof Pace meta s-So\u010bjet\u00e0 Leone azzardat tipproponi g\u0127all-ewwel darba li ttella\u2019 lil Santa Marija fil-Katidral.<\/p>\n

 <\/p>\n\n\n \t

\n [Show slideshow]<\/a>\n\t\t\n\t<\/div>\n\t\t\t\n\t\t\t\t