{"id":3033,"date":"2022-04-03T15:14:26","date_gmt":"2022-04-03T15:14:26","guid":{"rendered":"http:\/\/www.leone.org.mt\/?p=3033"},"modified":"2022-04-03T15:51:01","modified_gmt":"2022-04-03T15:51:01","slug":"il-papa-gie-jzurna","status":"publish","type":"post","link":"http:\/\/www.leone.org.mt\/ahbarijiet\/il-papa-gie-jzurna","title":{"rendered":"Il-Papa \u0121ie j\u017curna!"},"content":{"rendered":"
 <\/div>\n
\n

Nhar is-Sibt 2 t\u2019April 2022, wara stennija ta\u2019 aktar minn sentejn mill-ewwel posponiment ta\u017c-\u017cjara Apostolika u Statali, Malta, u b\u2019mod partikolari G\u0127awdex, kellhom il-grazzja singulari li jilqg\u0127u fosthom lill-Qdusija Tieg\u0127u l-Papa Fran\u0121isku. <\/span><\/p>\n

Jorge Maria Bergoglio, elett b\u0127ala Papa bl-isem ta\u2019 Fran\u0121isku fl-2013, wasal Malta filg\u0127odu u minnufih iltaqa\u2019 mal-og\u0127la awtoritajiet tal-pajji\u017c, immexxija mill-E.T. il-President ta\u2019 Malta Dr George Vella fil-Palazz tal-Belt Valletta. Waranofsinhar, imbag\u0127ad, il-programm ta\u017c-\u017cjara tieg\u0127u kien jara tra\u0121itt bil-katamaran mill-Port il-Kbir ta\u2019 Malta, lejn G\u0127awdex.<\/p>\n

G\u0127al din l-okka\u017cjoni, G\u0127awdex kollu resaq \u2019il quddiem b\u2019\u0127e\u0121\u0121a liema b\u0127alha sabiex jag\u0127ti mer\u0127ba, jiltaqa\u2019 u jisma\u2019 lill-Papa Fran\u0121isku, is-su\u010b\u010bessur ta\u2019 San Pietru. Mhux b\u2019inqas is-So\u010bjet\u00e0 Filarmonika Leone, li minn quddiem il-ka\u017cin tag\u0127ha, il-Papa Fran\u0121isku kellu jg\u0127addi darbtejn, riekeb fil-vettura miftu\u0127a tieg\u0127u, mag\u0127rufa b\u0127ala Pope Mobil. <\/span><\/p>\n

Filg\u0127odu, il-membri tal-G\u0127aqda Armar Santa Marija tellg\u0127u l-bandalori fil-parti t\u2019isfel ta\u2019 Triq ir-Repubblika, quddiem il-ka\u017cin. Dawn kienu s-sett ta\u2019 bandalori bil-pitturi tal-profeti, flimkien ma\u2019 Sant\u2019Anna u San \u0120wakkin, ta\u2019 Pawlu Camilleri Cauchi, li kienu jintramaw fi Pjazza Indipendenza fi \u017cmien il-festa. <\/span><\/p>\n

Sadanittant, mal-fa\u010b\u010bata tal-ka\u017cin twa\u0127\u0127let it-tabella b\u2019ritratt tal-Papa Fran\u0121isku nnifsu j\u0127ares u jbierek xbieha tal-istatwa ta\u2019 Santa Marija li kienet ippre\u017centata lilu mill-artist Manwel Grech, mill-G\u0127aqda Armar Santa Marija, meta f\u2019Di\u010bembru tal-2016, huwa ddisinja u \u0127adem il-presepju li l-Istat Malti g\u0127amel g\u0127all-Vatikan fi Pjazza San Pietru. Filfatt, dan il-poster \u0121ibed anki l-attenzjoni ta\u2019 Fran\u0121isku nnifsu huwa u g\u0127addej it-tieni darba minn quddiem il-ka\u017cin tag\u0127na wara l-funzjoni mill-isba\u0127 li se\u0127\u0127et fil-pjazza tas-santwarju ta\u2019 Pinu. <\/span><\/p>\n

 <\/p>\n\n\n \t

\n [Show slideshow]<\/a>\n\t\t\n\t<\/div>\n\t\t\t\n\t\t\t\t