{"id":2707,"date":"2019-05-02T08:01:29","date_gmt":"2019-05-02T08:01:29","guid":{"rendered":"http:\/\/www.leone.org.mt\/?p=2707"},"modified":"2019-05-02T10:19:36","modified_gmt":"2019-05-02T10:19:36","slug":"festi-29april-2019","status":"publish","type":"post","link":"http:\/\/www.leone.org.mt\/ahbarijiet\/festi-29april-2019","title":{"rendered":"I\u010b\u010belebrajna kif jixraq"},"content":{"rendered":"

Bejn is-Sibt 27 t’April u l-Erbg\u0127a 1 ta’ Mejju, is-So\u010bjet\u00e0 Filarmonika Leone b’kollaborazzjoni mal-Parro\u010b\u010ba tal-Katidral, i\u010b\u010belebrat u fakkret kif jixraq il-\u0121rajja tad-29 t’April 1956.<\/strong><\/p>\n

\n

Hemm \u017cew\u0121 entitajiet \u2013 il-Katidral ta\u2019 G\u0127awdex u s-So\u010bjet\u00e0 Leone, li fid-29 t\u2019April b\u0127al issi\u0121illaw rabta ta\u2019 bejn koppja, u ta\u2019 kull sena, ikunu m\u0127e\u0121\u0121a biex ji\u010b\u010belebraw l-anniversarju tag\u0127hom. Ir-rabta bejn il-parro\u010b\u010ba u l-ka\u017cin tal-Banda Leone se\u0127\u0127et b\u2019g\u0127otja partikolari; l-g\u0127otja tal-vara wisq ma\u0127buba ta\u2019 Santa Marija Assunta.<\/p>\n

B’mod \u0121ubilari, dawn i\u017c-\u017cew\u0121 entitajiet i\u010b\u010belebraw it-Tifkira tad-29 t’April 1956: il-jum li fih, bid-determinazzjoni ta’ missirijietna, se\u0127\u0127et \u0121rajja li ftit wie\u0127ed seta’ jemmen li qatt setg\u0127et issir qabel. Bl-g\u0127otja tal-istatwa ta’ Santa Marija, li g\u0127as-So\u010bjet\u00e0 Leone kienet qisha l-ikbar \u0121ojjel tag\u0127ha, is-So\u010bjet\u00e0 ma tilfitx, i\u017cda reb\u0127et aktar – reb\u0127et rabta dejjiema li ttrasformat it-tessut so\u010bjali u spiritwali tal-Belt Victoria u l-G\u017cira G\u0127awdxija. <\/p>\n

Dawn i\u010b-\u010belebrazzjonijiet kienu jinkludu diversi attivitajiet, kemm fil-Katidral t’G\u0127awdex, kif ukoll fil-Ka\u017cin tal-Banda Leone u Teatru tal-Opra Aurora.<\/p>\n

 <\/p>\n<\/div>\n

\"\" <\/p>\n

 <\/p>\n

Open-Day fil-Ka\u017cin tal-Banda Leone<\/h5>\n

Nhar is-Sibt 27 t’April \u0121iet organizzata Open-Day fil-Ka\u017cin tal-Banda Leone. Fid-9AM il-President Dr Michael Caruana, l-Ar\u010bipriet Mons Joseph Sultana, u membri tal-Kumitat \u010aentrali tas-So\u010bjet\u00e0, fet\u0127u din l-Open-Day bit-Tberik tal-G\u0127id tal-Ka\u017cin tal-Banda Leone u tat-Teatru tal-Opra Aurora. <\/p>\n

Il-\u0121urnata fil-Ka\u017cin tal-Banda Leone segwiet b’sensiela ta’ sessjonijiet mu\u017cikali fis-Sala 29 t’April 1956. L-ewwel fosthom saru Masterclasses g\u0127all-Bandisti tar-Ram mis-Sur Alex Bezzina, dawk tal-Qasba mis-Sur Michael Pirotta u finalment g\u0127all-dawk tal-Percussion mis-Sur Michael Camilleri. Dawn il-Masterclasses kellhom l-g\u0127an li l-Bandisti u anke studenti, jiffukaw l-istudji mu\u017cikali tag\u0127hom aktar fuq it-teknika. <\/p>\n

 <\/p>\n

\"\"<\/p>\n

 <\/p>\n

Wara nofsinhar, imbag\u0127ad, \u0121ew organizzati \u017cew\u0121 sessjonijiet mu\u017cikali immirati g\u0127at-tfal. L-ewwel sessjoni ‘Peter and the Wolf<\/em>‘ kienet tikkonsisti fi storja akkumpanjata mal-mu\u017cika, bil-g\u0127an li t-tfal ta bejn 3 u 6 snin japprezzaw il-mu\u017cika, b’mod spe\u010bjali l-\u0127sejjes differenti li jag\u0127mlu strumenti differenti, u li l-mu\u017cika tista tesprimi dak li wie\u0127ed qed i\u0127oss jew dak li jkun qed ji\u0121ri fl-istorja. Dawn it-tfal setg\u0127u wkoll jikkrejaw strumenti tag\u0127hom, li bihom ing\u0127aqdu mal-Bandisti \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 tal-Banda Leone li daqqew kanzunetti popolari tat-tfal. Din is-sessjoni kienet immexxija mis-Sinjura Helga Vella. Fit-tieni sessjoni g\u0127al tfal bejn 7 u 11-il sena, il-Bandisti \u017bg\u0127a\u017cag\u0127 tal-Banda Leone daqqew diversi siltiet mu\u017cikali popolari sabiex jispjegaw kif strumenti differenti jistg\u0127u jo\u0127olqu melodiji differenti. Kien hemm tfal li ng\u0127aqdu ma\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 fid-daqq tal-mu\u017cika, u o\u0127rajn li ppruvaw ukoll jidderigu lill-grupp fid-daqq tal-mu\u017cika. <\/p>\n

Matul il-\u0121urnata, grupp ta’ \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 mill-Aurora Youth Movement organizzaw Bake-Sale quddiem il-Ka\u017cin tal-Banda Leone. Filg\u0127axija, il-kumpanija nazzjonali ta\u017c-\u017cfin \u017bfinMalta organizzat spettaklu ta\u017c-\u017cfin fit-Teatru tal-Opra Aurora. Aktar tard, \u0121ie organizzat il-Gathering tal-Festa, fejn diversi \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 iltaqg\u0127u fil-Ka\u017cin tal-Banda Leone f’ambjent festiv. <\/p>\n

 <\/p>\n

\n\n \t
\n [Show slideshow]<\/a>\n\t\t\n\t<\/div>\n\t\t\t\n\t\t\t\t