{"id":2509,"date":"2018-07-27T10:30:20","date_gmt":"2018-07-27T10:30:20","guid":{"rendered":"http:\/\/www.leone.org.mt\/?p=2509"},"modified":"2018-07-27T11:01:00","modified_gmt":"2018-07-27T11:01:00","slug":"anton-f-attard-funeral","status":"publish","type":"post","link":"http:\/\/www.leone.org.mt\/ahbarijiet\/anton-f-attard-funeral","title":{"rendered":"Tislima mill-isba\u0127 lil Anton F. Attard"},"content":{"rendered":"
 <\/div>\n

Ilbiera\u0127, il-\u0126amis 26 ta\u2019 Lulju 2018, sar il-funeral tal-g\u0127a\u017ci\u017c Anton F. Attard, membru onorarju, benefattur distint u difensur tas-So\u010bjet\u00e0 Filarmonika Leone.<\/span><\/h3>\n

Nhar l-Erbg\u0127a 18 ta\u2019 Lulju 2018, b\u2019niket t\u0127abbret il-mewt ta\u2019 Anton F. Attard. Anton huwa mag\u0127ruf g\u0127all-\u0127idma tieg\u0127u sabiex ti\u0121i kkonservata l-istorja tas-So\u010bjet\u00e0 Filarmonika Leone, il-Parro\u010b\u010ba tal-Katidral u l-pajji\u017c in \u0121enerali. F\u2019\u0127idmietu, Anton ta l-almu kollu tieg\u0127u, dejjem bil-fatti, sabiex is-So\u010bjet\u00e0 u l-Parro\u010b\u010ba jkunu protetti minn kull tentattiv li jtappan l-istorja. Il-kontribut tieg\u0127u huwa immortali fil-kotba tal-festa ta\u2019 kull sena u fil-bosta kotba li hu ppublika. Apparti dan, Anton kien meqjus b\u0127ala benefattur distint tas-So\u010bjet\u00e0 u tal-ferg\u0127at fi \u0127danha, kif ukoll tal-Parro\u010b\u010ba tal-Katidral, fejn kull fejn kien hemm b\u017conn, il-bieb tieg\u0127u kien dejjem miftu\u0127 biex jg\u0127in. Is-So\u010bjet\u00e0 dejjem irrikonoxxiet dan kollu, tant li tatu l-onorifi\u010benza ta\u2019 Membru Onorarju, fejn anke wara li ng\u0127ata dan, baqa\u2019 jg\u0127in kull fejn jista.<\/p>\n

 <\/p>\n

\"\"<\/p>\n

 <\/p>\n

Il-Funeral tieg\u0127u sar ilbiera\u0127, l-\u0126amis, fil-Katidral t\u2019G\u0127awdex, il-maqdes li hu ddefenda g\u0127al bosta snin. Il-Banda \u010aittadina Leone akkumpanjat korteo funebri minn quddiem il-Ka\u017cin tal-Banda Leone fil-4:45pm. Il-Banda Leone selmet lil Anton F. Attard quddiem il-Ka\u017cin tal-Banda Leone bid-daqq tal-Innu \u2018Il Leone\u2019, fejn it-tebut iddawwar lejn il-Ka\u017cin tal-istess Banda b\u0127ala sinjal t\u2019apprezzament ta\u2019 dak kollu li offra lis-So\u010bjet\u00e0 tag\u0127na. Anton kien merfug\u0127 fuq l-ispallejn sal-Katidral. Dan il-korteo g\u0127addha minn Triq ir-Repubblika, fejn fuq quddiem kien hemm Dr Michael Caruana u l-Kumitat tas-So\u010bjet\u00e0 Filarmonika Leone, segwiti mill-Banda \u010aittadina Leone, u t-tebut akkumpanjat minn g\u0127add ta\u2019 familjari, \u0127bieb u partitarji.<\/p>\n

 <\/p>\n

\"\"<\/p>\n

 <\/p>\n

Hekk kif il-korteo funebri wasal fit-telg\u0127a tal-Katidral, il-Vampa Organisations selmet lill-Anton F. Attard b\u2019salut minn fuq l-G\u0127olja ta\u2019 Gelmus. Fi Pjazza Katidral, il-Banda \u010aittadina Leone selmet lil Anton F. Attard bid-daqq tal-Innu tal-Banda, hekk kif it-tebut iddawwar lejn l-istess banda. Hemm, Mons Ar\u010bipriet Joseph Sultana wassal it-tebut sal-Knisja Katidral g\u0127all-kant tas-Salmi, segwit minn quddiesa presente cadavere<\/em>.<\/p>\n

 <\/p>\n

\n\n \t
\n [Show slideshow]<\/a>\n\t\t\n\t<\/div>\n\t\t\t\n\t\t\t\t