{"id":2402,"date":"2018-06-13T13:37:32","date_gmt":"2018-06-13T13:37:32","guid":{"rendered":"http:\/\/www.leone.org.mt\/?p=2402"},"modified":"2018-06-13T13:42:35","modified_gmt":"2018-06-13T13:42:35","slug":"leone-goes-pop-success","status":"publish","type":"post","link":"http:\/\/www.leone.org.mt\/ahbarijiet\/leone-goes-pop-success","title":{"rendered":"Immarkat su\u010b\u010bess ie\u0127or bil-Leone Goes Pop"},"content":{"rendered":"

 <\/h3>\n

Is-Sibt 9 ta\u2019 \u0120unju 2018, is-So\u010bjet\u00e0 Filarmonika Leone tellg\u0127et spettaklu bil-\u0127dax-il edizzjoni konsekuttiva tal-kun\u010bert Leone Goes Pop, li llum sar rinomat u parti mill-kalendarju kulturali ta\u2019 pajji\u017cna. <\/h3>\n

\"\"<\/p>\n

 <\/p>\n

Dan il-kun\u010bert ittella\u2019 b\u0127ala parti mi\u010b-\u010belebrazzjonijiet ta\u2019 Jum il-Belt Victoria u kien parti mill-programm ta\u2019 produzzjonijiet artisti\u010bi ta\u2019 Valletta 2018.<\/p>\n

Il-Kun\u010bert ittella\u2019 fi Pjazza Indipendenza, fejn il-Banda Leone, komposta minn disg\u0127in bandist, kienet ta\u0127t it-tmexxija tas-Surmast Direttur Colin Attard u esegwiet selezzjoni ta\u2019 siltiet varji ta\u2019 mu\u017cika pop. Fost is-selezzjoni mu\u017cikali kien hemm siltiet tal-band Taljana Pooh, Bon Jovi, Michael Jackson, Robbie Williams, Amy Winehouse, the Passanger u Bruno Mars. Il-Banda Leone esegwiet ukoll diversi medleys, kif ukoll siltiet fenomenali b\u0127al \u2018Sing, Sing, Sing\u2019 mis-sena 1937, li ni\u017clet g\u0127asel mal-udjenza pre\u017centi, b\u2019diversi persuni ji\u017cfnu mal-mu\u017cika fi Pjazza t-Tokk.<\/p>\n

 <\/p>\n

\"\"<\/p>\n

 <\/p>\n

Mal-Banda Leone ng\u0127aqdu l-kantanti lokali popolari Claudia Faniello u Matthew James (ex-Red Electrick), kif ukoll it-talent lokali minn G\u0127awdex Fabian Galea, Francesca Sciberras, Michela Pace u l-kor residenti tas-So\u010bjet\u00e0 Aurora Youth Choir. Il-kun\u010bert kien ippre\u017centat minn Daniel u Ylenia minn 89.7 Bay.<\/p>\n

Eluf ta\u2019 persuni, kemm lokali, Maltin u barranin, in\u0121abru sabiex igwadu dan l-ispettaklu fenomenali. Minn barra elf si\u0121\u0121u fil-pjazza, l-udjenza setg\u0127et tiekol fl-apert fir-restaurants tal-madwar jew isegwi l-kun\u010bert minn standing areas ma\u0127luqin apposta.<\/p>\n

 <\/p>\n

\"\"<\/p>\n

 <\/p>\n

Dan il-kun\u010bert ing\u0127alaq bil-parte\u010bipazzjoni tat-talent lokali kollu bis-silta \u2018We are the World\u2019, segwit minn xelta tal-mu\u017cika Maltija u s-siltet \u2018Sun is Shining\u2019 u \u2018Sing, Sing, Sing\u2019 b\u2019nar sinkronizzat. L-g\u0127eluq spettakolari inkluda l-parte\u010bipazzjoni tal-udjenza kollha, fejn bil-kant ta\u2019 \u2018Viva Malta\u2019 u bl-u\u017cu ta\u2019 sparklers u tor\u010bijiet tal-mobiles waqt il-kanzunetta \u2018Xemx\u2019, in\u0127olqot atmosfera meravilju\u017ca fi Pjazza t-Tokk, li kien segwit bil-\u0127ruq ta\u2019 nar mill-bjut. \u010aertament li dan il-kun\u010bert kien esebizzjoni tal-kapa\u010bitajiet artisti\u010bi ta\u2019 \u2018l fuq minn mitt ru\u0127 involut f\u2019din il-produzzjoni, kemm bandisti, kantanti, pirotekni\u010bi u t-tim tal-produzzjoni kollu.<\/p>\n

Leone Goes Pop kien imtella\u2019 bis-sapport tal-Fondazzjoni Valletta 2018, il-Kunsill Lokali Belt Victoria, il-Ministeru g\u0127al G\u0127awdex, Farsons u Citadel Insurance. Is-So\u010bjet\u00e0 tibqa\u2019 kommessa, li kif g\u0127amlet tul dawn l-a\u0127\u0127ar 155 sena, tkompli tag\u0127ti esebizzjonijiet artisti\u010bi b\u2019xejn lill-pubbliku u tkun ta\u2019 pjattaforma g\u0127al talent lokali.<\/p>\n

 
\n