{"id":2091,"date":"2017-11-30T06:24:04","date_gmt":"2017-11-30T06:24:04","guid":{"rendered":"http:\/\/www.leone.org.mt\/?p=2091"},"modified":"2017-11-30T06:30:48","modified_gmt":"2017-11-30T06:30:48","slug":"funeral-salvu-grech","status":"publish","type":"post","link":"http:\/\/www.leone.org.mt\/ahbarijiet\/funeral-salvu-grech","title":{"rendered":"Tislima xierqa lil Salvu Grech"},"content":{"rendered":"
 <\/div>\n

Ilbiera\u0127, l-Erbg\u0127a 29 ta’ Novembru 2017, bosta persuni; familjari, \u0127bieb u partitarji, attendew g\u0127all-funeral ta’ Salvu Grech (ix-Xuxi).<\/h4>\n

Nhar il-\u0126add 26 ta’ Novembru 2017, is-So\u010bjet\u00e0 Filarmonika Leone b’niket \u0127abbret il-mewt ta’ Salvu Grech, mag\u0127ruf b\u0127ala Ix-Xuxi<\/em>. Salvu hu mag\u0127ruf g\u0127all-\u0127idma tieg\u0127u sabiex titkabbar il-Festa ta’ Santa Marija billi ji\u017c\u017cejnu s-smewwiet bil-log\u0127ob tan-nar tal-ajru. Infatti, huwa kien Fundatur tal-g\u0127aqda Vampa Organisations<\/em>. G\u0127all-\u0127idma tieg\u0127u fi \u0127dan is-So\u010bjet\u00e0 tul is-snin, Salvu Grech kien mog\u0127ti l-onorifi\u010benza ta’ Membru Onorarju tas-So\u010bjet\u00e0 Filarmonika Leone fil-Programm Mu\u017cikali tal-Festa, nhar id-9 t’Awwissu 2017. <\/p>\n

\"\"<\/p>\n

Il-funeral tieg\u0127u sar ilbiera\u0127, l-Erbg\u0127a, akkumpanjat mill-Banda \u010aittadina Leone. G\u0127all-\u0127abta tat-3:30pm, il-Banda Leone selmet lil Salvu Grech quddiem il-Ka\u017cin tag\u0127ha bid-daqq ta’ mar\u010bi funebri. Hawn, diversi membri tal-g\u0127aqda Vampa Organisations<\/em> dawru lit-tebut lejn il-Ka\u017cin tal-Banda Leone b\u0127ala sinjal t’apprezzament ta’ dak kollu li offra lis-So\u010bjet\u00e0 tag\u0127na, u wara refg\u0127uh fuq l-ispallejn sal-Katidral. Il-Banda \u010aittadina Leone akkumpanjat il-korteo funebri. Fuq quddiem imxew Mr Michael Magro u l-Kumitat tal-Vampa Organisations<\/em> kif ukoll Dr Michael Caruana u l-Kumitat tas-So\u010bjet\u00e0 Filarmonika Leone. G\u0127add ta’ familjari, \u0127bieb u partitarji akkumpanjaw it-tebut f’dan il-korteo. F’din l-okka\u017cjoni, wara l-istandard tal-banda imkeffen fid-drapp iswed, imxiet ukoll l-onorifi\u010benza ta’ membru onorarju li lilu \u0121iet mog\u0127tija f’Awwissu li g\u0127adda.<\/p>\n

Fit-telg\u0127a tal-Katidral, il-Vampa Organisations<\/em> selmet lill-Fundatur tag\u0127ha b’salut minn fuq l-G\u0127olja ta’ Gelmus. F’dak il-mument, ir-reffieg\u0127a dawru t-tebut i\u0127ares lejn l-G\u0127olja b\u0127ala simbolu ta’ gratitudni g\u0127al \u0127idmietu tul dawn is-snin kollha. L-istess sar mad-daqq tal-Innu tal-Banda Il Leone<\/em>, hekk kif it-tebut iddawwar lejn il-Banda \u010aittadina Leone fil-Pjazza tal-Katidral. Hemmhekk \u0121ie milqug\u0127 minn Mons. Ar\u010bipriet li wassal lit-tebut sal-Knisja g\u0127all-kant tas-Salmi. Mons. Ar\u010bipriet Joseph Sultana ppresieda l-quddiesa presente cadavere<\/em>, fejn ikkon\u010belebraw ukoll g\u0127add ta’ sa\u010berdoti tal-parro\u010b\u010ba.<\/p>\n

\n\n \t
\n [Show slideshow]<\/a>\n\t\t\n\t<\/div>\n\t\t\t\n\t\t\t\t