Varat is-servizz tal-Ġimgħa Mqaddsa 2010
|
|
|
|
|
Dettall mill-poster tal-Ġimgħa Mqaddsa 2010 | Artwork: Mario Abela
|
|
|
|
| Paġni Relatati: | |
| Ġimgħa Mqaddsa 2010 Special Feature about Holy Week 2010 | Events Page Il-Ġimgħa Mqaddsa 2010 mal-Banda Leone fil-Katidral ta' Għawdex Holy Week 2010 Poster | JPG Download Press Releases & Communications Index of notes to the press | Contents Page |
Ilbieraħ it-Tnejn 8 ta’ Marzu 2010, dan is-sit uffiċjali tas-Soċjetà Filarmonika Leone vara s-servizz tal-Ġimgħa Mqaddsa 2010 li wieħed jista’ jaċċessah minn taħt ir-ritratt tal-artiklu, jew mill-paġna informattiva dwar il-Banda Ċittadina Leone. Dan iġib l-isem ta’ Ġimgħa Mqaddsa 2010.
Paġni speċjali fuq leone.org.mt
Sa minn meta nbena dan is-sit tal-internet ġdid, kienu qegħdin jinħolqu paġni u servizzi speċjali relatati ma’ avvenimenti jew okkażjonijiet importanti. Dawn il-paġni jiġbru fihom kompendju ta’ aħbarijiet, ritratti u informazzjoni utli oħra li xieraq tkun dokumentata u arkivjata. Hekk pereżempju f’din l-ewwel sena li ilu jiffunzjona dan is-sit, infetħu paġni speċjali għall-Ġimgħa Mqaddsa 2009, id-29 t’April 2009, iż-żewġ kunċerti pop tal-banda, il-Programm Annwali ta’ Novembru, il-Festa ta’ Santa Marija u l-opra Aïda fost l-oħrajn. Dawn kollha kellhom il-paġna speċjali tagħhom; paġna li l-qarrejja kienu jsibuha tant komda għaliex jidħlu fiha u hekk isibu dak kollu li huwa relatat ma’ dik l-okkażjoni bla ma jkollhom għalfejn joqogħdu jfittxu bnadi oħra fuq dan is-sit.

Ġimgħa Mqaddsa 2010
Din is-sena, is-sit leone.org.mt reġa’ ħaseb għal servizz speċjali marbut mal-Ġimgħa Mqaddsa 2010. Hekk issa nfetħet din il-paġna u tibqa’ tiġi aġġornata sa ma jgħaddu ċ-ċelebrazzjonijiet. Fiha diġà l-informazzjoni dwar is-sett ta’ marċi funebri li żżanżnu s-sena li għaddiet fuq l-album Pro Nobis. Dan huwa s-sett li jibqa’ jintuża din is-sena. Sett ġdid ta’ marċi funebri imbagħad jiżżanżan is-sena d-dieħla. S’issa wieħed isib ukoll xi letteratura b’tema sagra li kienet ġiet ippreżentata fil-kunċert tal-2009 kif ukoll albums tar-ritratti tal-vari u dokumentarju storiku dwar il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fil-Katidral ta’ Għawdex, li min-natura tiegħu huwa wieħed li jibqa’ validu minn sena għall-oħra.

Varat il-Poster għall-festi tal-2010
Ma’ dawn diġà bdiet tinġemgħa l-lista ta’ aħbarijiet relatati mal-Ġimgħa Mqaddsa 2010 kif ukoll ittella’ l-poster ta’ din is-sena, maħdum minn Mario Abela. Dan il-poster iħabbar it-tliet attivitajiet ewlenin tal-Banda Leone fil-festi sagri ta’ din is-sena – il-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira f’Ħadd il-Palm, il-Programm ta’ Mużika Sagra fil-Katidral u d-Dimostrazzjoni popolari ta’ Kristu Rxoxt f’Ħadd il-Għid. It-tema hija: Ġimgħa Mqaddsa 2010... mal-Banda Leone fil-Katidral ta’ Għawdex. Dan il-poster huwa mistenni jitqassam fil-Belt Victoria, fil-Każin tal-Banda Leone u fl-istess Katidral ta’ Għawdex fil-jiem li ġejjin.

Aktar informazzjoni dwar dawn il-festi u ċ-ċelebrazzjonijiet jitħabbru fuq dan is-sit, u appuntu, fil-paġna speċjali tal-Ġimgħa Mqaddsa 2010, fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin.