Up   |   Back
Karnival 2010: Soċ. Fil. Leone | Xewkija u Victoria
13 February 2010

 

Il-Maskri Grotteski u l-kumpanija taż-żfin merry making ippreżentati mis-Soċjetà Filarmonika Leone jieħdu sehem fil-Karnival lokali tax-Xewkija, nhar is-Sibt 13 ta' Frar 2010. L-isfilata titlaq minn Triq San Bert (tal-Ħniena) u tintemm bi spettaklu ta' żfin fi Pjazza Rotunda quddiem il-knisja parrokkjali. Is-serata tibda fis-7pm. Dħul b'xejn. Partitarji u ħbieb imħeġġa jattendu jagħtu l-appoġġ tagħhom lir-rappreżentanza tas-Soċjetà Filarmonika Leone.

Wara s-servizz fix-Xewkija, l-istess kumpaniji se jipparteċipaw fl-attività La Notte in Maschera organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria, fil-kapitali Għawdxija. Il-kumpanija tal-maskri grotteski se tkun stazzjonata fi Pjazza Savina. Il-kumpanija tal-merry making se tkun qed timxi mat-toroq taċ-ċentru storiku tar-Rabat matul l-attività li tintemm fis-1am. Il-partitarji tas-Soċjetà Leone, ċittadini tal-Belt Victoria u ħbieb huma lkoll mistiedna jattendu u jissieħbu fil-briju tal-karnival.

 

Developed by ICT Systems Engineering