Karnival 2010: Soċ. Fil. Leone | Victoria u Zebbug
12 February 2010

Il-Maskri Grotteski u l-kumpanija taż-żfin merry making ippreżentati mis-Soċjetà Filarmonika Leone jieħdu sehem fil-Karnival Reġjonali ta' Għawdex fil-Belt Victoria, nhar il-Ġimgħa 12 ta' Frar 2010, l-ewwel jum tal-Karnival. L-isfilata titlaq minn Pjazza San Franġisk, matul Triq il-Vajrinġa u tintemm bi spettaklu ta' żfin fi Pjazza Sant'Wistin. Is-serata tibda fis-7pm. Dħul b'xejn.Partitarji u ħbieb imħeġġa jattendu jagħtu l-appoġġ tagħhom lir-rappreżentanza tas-Soċjetà Filarmonika Leone.
Wara s-servizz fir-Rabat, il-Maskri Grotteski u l-kumpanija taż-żfin merry making ippreżentati mis-Soċjetà Filarmonika Leone jieħdu sehem fil-Karnival lokali taż-Żebbuġ. L-isfilata titlaq minn Triq il-Knisja u tintemm bi spettaklu ta' żfin fi Pjazza l-Assunta il-knisja parrokkjali ta' Santa Marija.