Up   |   Back
Il-Kumitat Ċentrali 2010; konfermi u ħatriet
 
 
 L-Iljun fit-taraġ tal-każin | Ritratt: Anthony Grech
 
 
   Paġni Relatati:
    Kumitat Ċentrali
  Composition of the central committee | Profile Page

Ikkonfermati l-karigi ewlenin; għalliem ġdid għall-alljievi tar-ram.
Wara li nhar l-Erbgħa 27 ta’ Jannar u t-Tnejn l-1 ta’ Frar 2010 inżammu l-ewwel żewġ laqgħat tal-kumitat ċentrali elett, permezz ta’ votazzjonijiet bejn il-membri eletti ġew eletti l-uffiċjali kollha biex jiffunzjona l-kumitat u hekk dan ġie ffurmat b’mandat li jservi għal matul is-sena 2010.
 
L-ewwel laqgħa tal-kumitat infetħet miċ-chairman tal-Kummissjoni Elettorali is-Sur Anton F. Attard li għamel l-indirizz tal-ftuħ tiegħu, mexxa l-elezzjoni għall-President u temm bid-diskors tal-għeluq. Preżenti wkoll kien hemm is-Sur Lino Hili li kien membru fil-kummissjoni elettorali. Huma ppreżentaw rapport dwar l-andament tal-elezzjonijiet.
 
 
Dr Caruana, ikkonfermat President.
Fil-kariga ta’ President, reġa’ ġie kkonfermat għal sena oħra, l-Avukat Dr Michael Caruana. Mal-konferma tar-riżultat, huwa ħa t-tmexxija tal-laqgħa, radd ħajr lill-Kummissjoni Elettorali u flimkien mal-membri eletti mexxa l-votazzjonijiet għall-karigi uffiċjali l-oħra. Wara żewġ laqgħat li kienu mħallta bejn votazzjonijiet u punti oħra fuq l-aġenda, inkluż servizzi tal-karnival li jinsabu wara biebna, ġie elett il-kumitat skont kif jidher hawn taħt.
 
L-Uffiċjali għolja
President: Dr Michael Caruana
Segretarju Amministrattiv: Joseph Debrincat
Segretarju: Joseph Apap
Kaxxier: Joseph Abela
Teżorier: John Schembri
Viċi Presidenti: Edward Grech, Dr Jean Paul Grech
 
Uffiċji oħra
Uffiċjali għar-Relazzjonijiet Pubbliċi: Matthew Sultana
Arkivista: Emi Vella
Prokuratur tal-Festa: Mark Schembri
Direttur tal-Każin: Norbert Fenech
Direttur tat-Teatru: Matthew Sultana
Viċi-direttur tal-Każin: Mario Camilleri
Manager tat-Tombla: Victor Debrincat
 
Fergħat
President Aurora Youth Movement: Mario Calleja
Rappreżentant tal-Vampa: Anthony Mario Bajada
Kordinatur tal-Briju: Kurt Azzopardi
 
Membri
Colin Apap, Anton Azzopardi, Alex Caruana, Manwel Grech, Michaelangelo Grech, Carmel Micallef, Thomas Schembri, Joseph Tabone, Joseph Vella, Mario Zammit

Onorarji
Presidenti Onorarji: John Cremona, Anton Farrugia, Michael Magro, Lewis Xuereb
Bandisti għal għomorhom: Michaelangelo Saliba, Angelo Sultana
Patrun Onorarju tat-Teatru: Colin Best
 
Il-kumitat ikkonferma wkoll dawn il-karigi:
Awdituri tal-Każin: Joseph Portelli, Anthony Mario Bajada
Surmast Direttur: Colin Attard
A/Surmast Direttur: Josef Debrincat
Għalliema Alljievi: (qasba) Josef Debrincat, (ram) Antoine Theuma
 
Ġew ikkonfermati wkoll il-membri fil-kumitat eżekuttiv, u l-membri tal-kumitat li jpoġġu fuq il-kummissjonijiet tal-opra, tat-teatru, tal-festa u tal-banda. Ma’ dawn jingħaqdu persuni oħrajn, anki mhux membri tal-kumitat skont il-ħtieġa tal-laqgħat u l-attivitajiet.
Developed by ICT Systems Engineering