Il-festa ta' Santa Marija hija ċċelebrata fil-Belt Victoria ta' Għawdex mis-Soċjetà Filarmonika Leone u l-Parroċċa tal-Katidral ta' Għawdex fil-15 t'Awwissu. Il-festi reliġjużi jikkonċentraw rwieħhom fil-Matriċi u Katidral ġewwa ċ-Ċittadella. Jiftħu biċ-ċelebrazzjoni tal-ħmistax -il Erbgħa ta' Santa Marija li jibdew fl-ewwel Erbgħa ta' Mejju u jibqgħu sejrin sa l-aħħar Erbgħa ta' qabel il-15 t'Awwissu. Mill-31 ta' Lulju sa l-14 t'Awwissu, il-WR Kapitlu Katidrali flimkien mal-parroċċa jżommu d-devozzjoni tal-Kwindiċina ta' Santa Marija. Hawnhekk jilħqu l-qofol tagħhom il-festi u l-attivitajiet soċjali u pastorali għall-kategoriji differenti tas-soċjetà. Matul din il-kwindiċina jibdew ukoll il-festi esterni, organizzati mis-Soċjetà Filarmonika Leone; liema festi jsiru f'kordinazzjoni ...
more