L-istatut tas-Soċjetà jawtorizza lill-kumitat ċentrali sabiex minn żmien għal żmien joħloq kummissjonijiet oħra bil-għan li jgħinuh fil-ħidma tiegħu. Il-kummissjonijiet irid ikollhom fihom l-uffiċjali tal-kumitat, inkluż is-Segretarju. L-istatut iżda jippermetti wkoll li dawn il-kummissjonijiet ikunu jinkludu individwi oħra, barra mill-kumitat li jistgħu jkunu utli bl-esperjenza, sengħa jew professjoni tagħhom, wara li jkunu ġew approvati mill-kumitat. Kull kummissjoni tagħti rapport lill-kumitat fil-laqgħat tiegħu; rapport li jkun jinkludi numru ta’ proposti biex il-kumitat jieħu deċiżjoni dwarhom.
Preżentament, apparti mill-Kummissjoni Banda u l-Kummissjoni Storiko-Kulturali li huma mwaqqfa statutorjament, il-kumitat għandu maħtura biex jgħinuh, il-Kummissjoni Opra, il-Kummissjoni Festa u oħrajn.

