Up   |   Back
Teatru tal-Opra Aurora

Welcome to the official website of the Aurora Opera House (Gozo). This is the islands’ largest theatre, boasting of a 1600 people capacity, a spacious orchestra pit, envious acoustics and one of Malta’s largest stages. The Aurora is one of the islands’ main opera contributors having produced Puccini’s Madama Butterfly as the first opera in Gozo – the sister island, way back in 1977; a production which rekindled a renovated interest in opera, till then lying dormant for decades, even on the main isle of Malta. Since then, the Aurora Theatre left no stone unturned to promote opera even in the international scene by raising the standards. In fact, while giving ample space to local talent, the local production is annually enhanced with top international names from the world’s leading opera houses.

Next in line is our opera production of Bizet’s blockbuster in four acts, Carmen. Have a look at our information page and contact us for further queries.

* * *
 
(Profile in Maltese language)
Sa mit-twaqqif tagħha, is-Soċjeta` Filarmonika Leone dejjem impennjat ruħha b’riżq il-kultura teatrali u mużikali f’Għawdex tant li kellha l-grupp teatrali tagħha fil-bidu ta’ l-1900. L-aħħar predeċessur tat-Teatru tal-Opra Aurora kienet is-sala tal-films u teatru Aurora - parti mill-każin tal-Banda Leone miftuħa fl-1963.

L-opra lirika f’Għawdex taf il-bidu tagħha lill-kumitat tas-Soċjeta` Filarmonika Leone, li fl-1971 flimkien ma’ għadd ta’ voluntiera varaw il-proġett tal-bini tat-Teatru tal-Opra Aurora, inawgurat nhar id-9 t’Ottubru 1976. Il-qofol ta' din il-ħidma ntlaħaq fis-7 ta’ Jannar 1977, tliet xhur biss wara l-ftuħ uffiċċjali, meta ġiet imtella’ l-ewwel opra f’Għawdex – Madame Butterfly. Din l-opra kellha timmarka l-qawmien mill-ġdid ta’ l-opra lirika f’Malta u tat timbru ġdid lill-attivitajiet kulturali f’dawn il-gżejjer. Hija kienet segwita minn produzzjonijiet oħra ta’ suċċess taħt surmastrijiet barranin u lokali bis-sehem ta’ wħud mill-aktar artisti importanti fil-kamp operistiku mondjali.

B’kapaċita` ta’ 1600 ruħ, orchestra pit spazjuż, palk mill-ikbar, akwistika perfetta u b’disinn oriġinali ta’ l-artist ċelebri Malti, l-Prof. Kav. Emvin Cremona, dan huwa ċertament l-ikbar u wieħed mill-iktar teatri tal-opra attraenti fil-Gżejjer Maltin. It-Teatru tal-Opra Aurora huwa mmexxi bil-voluntiera li joffru l-ħin u r-riżorsi tagħhom għall-imħabba tal-arti teatrali ħafna drabi mgħejjuna u msostnija bis-servizzi professjonali ta' artisti internazzjonali biex jinżammu dejjem l-aqwa livelli li jagħmlu dehen u ġieħ lil dan it-teatru.

F'Novembru 2008, is-sur Colin Best ġie mogħti t-titlu ta' Patrun Onorarju tat-Teatru tal-Opra Aurora mill-President tas-Soċjetà Filarmonika Leone Dr Michael Caruana għall-appoġġ kontinwu li jagħti lit-teatru.

 

Developed by ICT Systems Engineering