L-Uffiċċju għall-Komunikazzjonijiet huwa d-dipartiment li joħroġ iċ-ċirkulariiet, stqarrijiet għall-istampa u l-pubblikazzjonijiet kollha, u jsegwi s-sit uffiċjali tas-Soċjetà Filarmonika Leone. Il-kumitat ċentrali jieħu ħsieb li jiddelega dawn ix-xogħolijiet lill-membri magħżulin minnu u oħrajn barra mill-kumitat. Hekk il-pubblikazzjonijiet għandhom il-bord editorjali tagħhom, iċ-ċirkularijiet jinħarġu direttament mis-Segretarju jew Segretarju Amministrattiv u s-sit tal-internet għandu t-tim tiegħu li jieħu ħsieb l-aġġornamenti, disinni u artworks u kontenut.
Il-Bord Editorjali jippubblika r-rivista informattiva u edukattiva ‘L-Aurora’ li toħroġ fi tliet edizzjonijiet matul is-sena b’suppliment speċjali wara l-festa ta’ Santa Marija. Il-Programm Annwali ‘Festa Santa Marija’ huwa l-ewwel ktieb tax-xorta tiegħu ppubblikat minn għaqda mużikali fil-festa. Jiġbor fih ħarsa lejn l-attivitajiet u s-sena sħiħa ta’ ħidma mis-Soċjetà flimkien ma' arti, proża u letteratura b'rabta mal-festi ta' Santa Marija u artikli ta' natura storika, folkloristika u soċjali. Il-Bord Editorjali jieħu ħsieb ukoll il-pubblikazzjoni tal-Programm ta' Tifkira tal-Opra u okkażjonijiet oħrajn imtellgħa fit-Teatru tal-Opra Aurora.
Il-Bord Editorjali jkun immexxi mill-Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi, preżentament Matthew Sultana u jkun jinkludi rappreżentanza mill-kumitat ċentrali, inkluż is-Segretarju u persuni oħra barra mill-kumitat.
![]() |
Press Releases & Communications Downloadable bilingual Press Releases and Communications to the public issued by the Leone Philharmonic ... more |
|
![]() |
Ċirkulari lill-Membri u Partitarji Kollha Downloadable circular letters addressed to the Paid Registered Members and Supporters issued by the Leone... more |
|||


