Il-Gozo Billiards & Snooker Association fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika Leone huwa inkarigat mill-organizzazzjoni tal-kampjonati tal-isnooker u l-billiards fil-każin tal-Banda Leone. F’dan l-isport, is-Soċjetà Leone kienet pijuniera billi kienet hi li introduċiet il-Billiards f’Għawdex. Fl-1908, is-Soċjetà kellha żewġ imwejjed professjonali tal-logħob, l-istess tnejn li għadhom funzjonabbli fil-każin tal-banda fil-preżent. Maż-żmien, il-logħob beda jkun aktar organizzat sakemm il-kampjonati bdew jidhru taħt l-isem tal-Gozo Billiards & Snooker Association mill-2003 'l hawn. Preżentament, il-koordinaturi huma Mario Apap u Mark Sacco li jorganizzaw tliet kampjonati kull sena bejn Novembru u Lulju. Il-klabb illum iħaddan ’il fuq minn 60 membru li wħud minnhom qegħdin jiksbu suċċessi sbieħ fuq livelli nazzjonali u internazzjonali.
![]() |
Shaun Sultana fil-finali nazzjonali U/19 Shaun Sultana mill-Gozo Billiards & Snooker Association fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika Leone se jilgħab kontra Aaron Busuttil fil-finali...more |
|
![]() |
Names on the Trophy |
|||
![]() |
Il-Bidu tas-Snooker f'Għawdex; |
|
|||||


