Up   |   Back
Kummissjoni Storiko-Kulturali

Il-Kummissjoni Storiko-Kulturali twaqqfet b’mod konġunt bejn is-Soċjetà Filarmonika Leone u l-Parroċċa tal-Katidral ta’ Għawdex sabiex twieġeb għal nuqqasijiet u ineżattezzi li minn żmien għal żmien jidhru fil-mezzi tax-xandir fir-rigward tal-banda, tas-Soċjetà, tal-parroċċa u tal-Katidral ta’ Għawdex. Il-kummissjoni hija magħmula minn partitarji u membri tal-kumitat approvati mis-Soċjetà u parruċċani u lajċi impenjati, approvati mill-parroċċa. Is-segretarju tas-Soċjetà Leone jservi wkoll bħala segretarju f’din il-kummissjoni. Il-Kummissjoni Storiko-Kulturali testendi l-ħidma tagħha b’risq il-promozzjoni u l-edukazzjoni tal-istorja taż-żewġ entitajiet.

Developed by ICT Systems Engineering