Il-Kummissjoni Banda hija waħda mill-kummissjonijiet li l-kumitat ċentrali jwaqqaf biex jikkonsulta magħha. Ir-rwol tagħha hu li tieħu ħsieb dak kollu li għandu x’jaqsam mal-banda bħalma huma l-għażla ta’ mużika għall-esekuzzjoni, ix-xiri ta’ mużika, il-loġistika u t-tħejjija ta’ kunċerti. Id-deċiżjonijiet tal-kummissjoni jersqu bħala proposti quddiem il-kumitat ċentrali biex jiddiskutihom u jieħu d-deċiżjoni finali fuqhom. Il-Kummissjoni Banda hi magħmula minn membri tal-kumitat, fosthom l-Arkivista, u bandisti li juru interess li jiffurmaw parti. Meta jinħass il-bżonn jissejħu s-surmast u l-assistent surmast direttur tal-banda għal-laqgħat ta’ din il-kummissjoni.
L-Arkivista attwali huwa Emi Vella u ċ-chairman tal-kummissjoni li jagħti r-rapport tal-laqgħat tagħha lill-kumitat ċentrali, huwa Edward Grech, Viċi-President tal-banda.

