Is-Soċjeta` Filarmonika Leone hija rregolata mill-istatut uffiċjali tagħha. L-aħħar aġġornament tal-istatut sar fil-Laqgħa Ġenerali Annwali f’Jannar tal-2005. L-istatut jagħti daħla informattiva biex jagħraf l-istorja u l-akkwisti tas-Soċjeta` sa mit-twaqqif tagħha fl-1863. Huwa jirregola l-iskop, il-ħajja u d-demokrazija li tħaddan is-Soċjeta` Leone biex tassigura l-prinċipji tal-ġustizzja u l-onesta` fil-prattika tagħha. Imqassam fuq 25 artiklu, l-istatut jiddefinixxi:
Isem u skop; Membri tas-Soċjeta`; Politika; Kumitat tad-Direzzjoni; Laqgħat u Proċeduri tal-Kumitat; Laqgħa Ġenerali Annwali; Laqgħa Ġenerali Straordinarja; Membri Uffiċjali; Kummissjonijiet; Kummissjoni Elettorali; Kummissjoni Banda; Sotto Kumitat tal-Palk; Aurora Youth Movement; Kumitat Eżekuttiv; Bord biex iżomm l-ordni; Bandisti barranin bi ħlas; Alljievi tal-Banda; Propjeta` u xoljiment; Imwiet; Bandiera u mixegħla; Kotba; u Riżenji.
![]() |
Dokument pdf: Statut Uffiċjali Kopja tal-Istatut uffiċjali tas-Soċjetà Filarmonika Leone kif approvat nhar it-23 ta' Jannar 2005 u emendat fl-aħħar laqgħa tat-22 ta' Ġunju 2010. Niżżel |
||||||


