Up   |   Back
Wirja ta' Santa Marija

Il-Wirja Agrarja ta' Santa Marija ilha ssir għal aktar minn 150 sena, sa mill-1855 meta kienet bdiet issir fl-iskola primarja tal-Gvern, fi Triq il-Vajrinġa. Hija wirja li fiha jiġi esebit il-prodott agrikolu Għawdxi flimkien ma' annimali, snajja’ u artiġjanat ieħor mill-irħula kollha t'Għawdex. L-esebiti jkunu kollha f'kompetizzjoni għall-aħjar kwalità. Il-Wirja tiġi organizzata kull 14 u 15 t'Awwissu. F'Jum Santa Marija, jiġi organizzat programm li ġeneralment ikun bil-preżenza tal-President ta' Malta u l-ogħla dinjitarji tal-pajjiż. Fit-tmiem, jitqassmu r-rigali lir-rebbieħa. Il-Wirja ta' Santa Marija, kif minn dejjem kienet magħrufa, illum issir fil-ġonna pubbliċi ta’ Villa Rundle, fin-naħa t'isfel ta' Triq ir-Repubblika.

Il-Wirja ta' Santa Marija tiġi organizzata mis-Soċjetà Agrikola, Industrijali u Kulturali t'Għawdex.


Artiklu: Il-Wirja ta' Santa Marija Tagħlaq 150 Sena
Il-Wirja Agrarja ta' Santa Marija ilha ssir għal aktar
minn 150 sena, sa mill-1855 meta kienet bdiet issir
fl-iskola primarja tal-Gvern, fi Triq il-Vajrinġa... more

Developed by ICT Systems Engineering