It-Tiġrijiet Nazzjonali ta' Santa Marija huma organizzati mis-Soċjetà Filarmonika Leone. Jissejħu u jikkwalifikaw bħala Tiġrijiet Nazzjonali għaliex kienu sa mill-oriġini mbiegħda tagħhom organizzati mill-amministrazzjoni ċentrali tal-gżira Għawdxija. Sal-lum, għalkemm l-organizzazzjoni hija f'idejn is-Soċjetà, il-Gvern għadu jagħti l-għajnuna finanzjarja minima tiegħu għal dawn it-tiġrijiet. Fil-fatt, il-Barrakka, fin-naħa ta' fuq ta' Triq ir-Repubblika, kienet il-post minn fejn il-Gvernatur kien jara t-tiġrijiet. Hemmhekk kien ukoll jippreżenta l-palju lir-rebbieħ tat-tiġrija. Sal-lum, il-Ministru għal Għawdex u s-Sindku tal-Belt Victoria, l-ogħla żewġ rappreżentanti tal-poplu Għawdxi għadhom iqassmu l-premijiet mill-istess post. Il-palju llum huwa biss simboliżmu li s-Soċjetà Leone żżommu ħaj bil-ġarr tiegħu fil-marċ tat-Translazzjoni lejlet Santa Marija lejn il-Pjazza tal-Katidral fejn imbagħad, kif kien isir fl-antik, jitwaħħlu fil-gallerija tas-sagristija tal-Katidral. It-Tiġrijiet Nazzjonali ta' Santa Marija, l-eqdem tax-xorta tagħhom għadhom isiru fl-istess triq, li sal-lum għadha komunament magħrufa bħala It-Tiġrija f'Jum Santa Marija wara nofsinhar.
Is-sotto-kumitat tat-Tiġrijiet Nazzjonali ta' Santa Marija huwa wkoll rappreżentat fil-kumitat ċentrali tas-Soċjetà Filarmonika Leone u l-Kummissjoni Festa u huwa mmexxi minn Edward Grech, Viċi-President.
Artiklu: It-Tiġrija ta' Santa Marija -
Il-Bidu t'Oħrajn f'Għawdex.
Tiġrija tal-Bhejjem f’Santa Marija ta’ nofs Awwissu,
taf il-bidu tagħha fl-1587, meta fl-10 ta’ Lulju ta’ dik
is-sena, il-membri tal-Universitas... more

