Matul il-medda ta' aktar minn 145 sena ta' ħajja, il-kumitat tas-Soċjetà Filarmonika Leone dejjem ħa ħsieb li jakkwista l-aħjar surmastrijiet ta' dak iż-żmien għall-banda. Fil-fatt, tista' tiftaħar b'14 -il surmast li kollha ħallew impatt pożittiv u notevoli fuq il-banda. Hekk insibu pereżempju, l-ewwel surmastrijiet li kienu strumentali għat-twaqqif tal-banda. Anton Miruzzi ħallielna fost l-ewwel kompożizzjonijiet funebri u Vincenzo Carabott l-ewwel innu l-kbir ta' Santa Marija; l-ewwel wieħed li qatt kien hawn f'Għawdex. Warajh ġie Orlando Crescimanno bil-kapulavuri tal-innu l-kbir u l-innu La Croce (1913); żewġ ġawhriet fl-arkivji mużikali; arkivji li komplew jistagħnew bil-mużika ta' Giovanni Giumarra, l-ewwel surmast impjegat f'Għawdex, u Ġużè Stivala li t-tnejn li huma ġabu unuri kbar lill-banda bir-rebħ ta' kompetizzjonijiet mużikali esegwiti minnha. Tkompli l-lista u jitfaċċaw ismijiet notevoli bħal Willie Attard li ħallielna wirt mużikali tant għażiż għall-purċissjoni ta' Santa Marija, Joseph Sammut li beda l-opri fit-Teatru Aurora u s-surmast attwali Colin Attard li, apparti milli għandu rekord ta' opri li dderieġa fit-Teatru tal-Opra Aurora, kien strumentali biex aġġorna l-orjentament u l-identità tal-banda li tgħożż u teċċella kemm fil-klassiku kemm fil-kontemporanju.
Is-Surmast Direttur tal-banda jiġi maħtur mill-Kumitat Ċentrali iżda mhux membru fih. Ikun mistieden għal xi laqgħat tal-Kummissjoni Banda biex jagħti pariri u opinjonijiet tekniċi u loġistiċi dwar mużika li l-kummissjoni tkun trid tipproponi lill-kumitat biex tindaqq f'xi okkażjonijiet.
|
Fundatur tal-Banda
Ġorġ Tabone |
Fundatur tal-Banda
Dirjanu Lanzon
|
|
|
1879-1884
Achille Lanzon |
|
|
1885-1887
Antonio Buhagiar |
|
|
1888-1889
Emanuele Vassallo |
|
|
|
|
|
1890-1893
Antonio Miruzzi |
|
|
|
|
|
1893-1910
Vincenzo Carabott |
|
|
1911-1923
Orlando Crescimanno |
|
|
1923-1933
Giovanni Giumarra |
|
|
1933-1937
Ġużè Stivala |
|
|
1937-1941
Luigi Di Mauro |
|
|
1942-1944
Pawlu Lanzon |
|
|
1944-1957
Willie Attard |
|
|
1957-1958
Joseph Abela Scolaro |
|
|
1958-1991
Joseph Sammut |
|
|
1991-
Colin Attard |
Ritratti: Mis-Sala tal-Kunċerti 29 t'April 1956; prop. Soċ. Fil. Leone A.D.1863

