Up   |   Back
Aurora Folk Group

L-Aurora Folk Group twaqqaf fl-1973 minn fost l-Aurora Youth Movement, bħala l-ewwel grupp folkloristiku f’Malta u Għawdex kif irreġistrat fil-Qorti ta' Għawdex. Il-grupp folkloristiku Aurora jaf is-snin tad-deheb tiegħu fis-70 u t-80 meta kien l-unika grupp folkloristiku fil-gżejjer. Dak iż-żmien kien jagħti spettakli fil-maġġoranza tal-ħwienet Għawdxin, serati kulturali, iljieli Maltin u entertainment fil-lukandi ewlenin madwar Malta u Għawdex. Aktar tard ukoll, il-grupp baqa’ b’mod regolari jsiefer f’diversi pajjiżi fosthom il-Libja, it-Tuneżija, l-Eġittu, Franza, l-Irlanda, l-Ingilterra, l-Isle of Wight, Sqallija u l-Italja. Il-grupp jgħożż partikolarment l-ispettakli li kien għamel fil-beraħ fi Piazza di Spagna f’Ruma u l-udjenza privata mal-Qdusija Tiegħu, Ġwanni Pawlu II fl-2001. Illum għadu wieħed mill-gruppi folkloristiċi ewlenin fil-qasam b’investiment kontinwu f’kostumi u ornamenti sinjorili, awtentiċi u dettaljati aktar minn qatt qabel.

Il-grupp huwa mmexxi mid-direttriċi Michelle Vella u miċ-chairman Joseph Grech.

Aurora Folk Group Official Photo Shoot
Official photo shoot by Mr Alvin Scicluna of Citadel Video Communications (Victoria) in various picturesque locations around Gozo... more
 
 
L-Aurora Folk Group fil-Buskett
Il-grupp folkloristiku Aurora, ħa sehem fil-Buskett f'lejlet l-Imnarja nhar it-Tnejn 28 ta' Ġunju 2010 ...more
         
Developed by ICT Systems Engineering