Imwaqqfa uffiċjalment fl-1990, il-Vampa Organisations kompliet fejn għadd ta’ dilettanti kienu diġà għamlu mill-festa ta’ Santa Marija appuntament annwali mad-dilettanti tal-logħob tan-nar. Din l-għaqda tan-nar fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika Leone taħdem ħafna mil-logħob tan-nar hi fil-Kamra tan-Nar 15 t’Awissu propjeta' tal-mibki Adrian Agius, wieħed mill-fundaturi tal-għaqda. L-ispettaklu pirotekniku jiġi varat minn fuq l-għolja ta’ Gelmus faċċata tal-għolja taċ-Ċittadella. Biż-żmien, il-Vampa Organisations bdiet tesdendi l-istedin tagħha lill-kmamar tan-nar prominenti f’Malta biex għamlet mill-festa ta’ Santa Marija spettaklu pirotekniku per eccellenza. Il-qofol ta’ kollox jintlaħaq lejn tmiem il-purċissjoni ta’ Santa Marija bi spettakli ta’ kwalità u kwantità kbira li ma jagħmlux għajb lill-festi kbar oħra titulari Maltin u Għawdxin.
Il-Vampa Organisations bħala fergħa għandha l-kumitat elett tagħha. Hija rrappreżentata fil-kumitat ċentrali minn Anthony Mario Bajada u fil-Kummissjoni tal-Festa minn Michael Magro, President Onorarju.
![]() |
Tislima mill-Vampa Organisations: |
||||||


