F’koordinazzjoni mal-għaqdiet l-oħra, is-Sezzjoni Briju tieħu ħsieb tal-elementi kollha neċessarji għall-briju festiv matul il-marċijiet tal-festa ta’ Santa Marija. Il-festa ta’ Santa Marija kienet u tibqa’ waħda mill-pijunieri fejn jidħlu marċijiet brijużi, fil-passat b’individwi dilettanti, u llum, bis-sezzjoni li taħdem biex tipproduċi u tiffinanzja l-oġġetti u s-sorpriżi. Fil-fatt, din is-sezzjoni, f’konsultazzjoni mal-moviment taż-żgħażagħ u b’approvazzjoni mill-kumitat ċentrali taħdem ħafna fil-mistur matul is-sena biex ix-xogħol tagħha jitgawda b’sorpriża fiż-żewġ marċijiet il-kbar lejlet u nhar Santa Marija.
Is-Sezzjoni Briju għandha rappreżentanza fil-kumitat ċentrali tas-Soċjetà Filarmonika Leone u fil-Kummissjoni tal-Festa. Il-kordinatur tagħha huwa Kurt Azzopardi.
![]() |
Multimedia | Video Clips Festa 2008 Video Clips maħduma mis-Sezzjoni Briju murija matul il-marċ trijonfali ta' Lejlet Sta Marija fi Triq ir-Repubblika, 2008... more |
|
![]() |
Karnival 2010 Special Feature: Artikli, ritratti u videos taż-żewġ kumpaniji tal-karnival ippreżentati f'isem is-Soċjetà Filarmonika Leone... more |
|||


