L-Għaqda Armar Santa Marija twaqqfet minn fost il-moviment taż-żgħażagħ bħala nukleju iżgħar ta’ żgħażagħ bil-potenzjal, bit-talent u bin-namra fid-dekorazzjonijiet u l-armar tal-festa. Mill-maħżen tal-armar, li s-Soċjetà Leone għandha, l-Għaqda Armar Santa Marija timmanifattura u tirrestawra ħafna minn dak li jintrama madwar il-Belt Victoria fil-festa ta’ Santa Marija. L-Għaqda tinqeda bil-potenzjal ta’ għadd ta’ voluntiera li jaħdmu minn qalbhom matul sena sħiħa, u bi pjaċir qiegħda tipproduċi talent lokali li jipprometti ħafna. F’xi xogħlijiet oħra, l-għaqda tkompli tikkummissjona xogħlijiet lill-artisti prominenti fi sforz biex inkomplu ngawdu minn patrimonju sinjur ta’ armar li writna u li rridu ngħaddu lil ta’ warajna.
L-Għaqda Armar Santa Marija għandha r-rappreżentanza tagħha fil-Kumitat Ċentrali tas-Soċjetà Filarmonika Leone u fil-Kummissjoni tal-Festa. Id-direttur tagħha huwa Mark Schembri, Prokuratur tal-Festa.
![]() |
Iftħulha d-djar tagħkom biex tidħol... Plakka ġdida bix-xbieha ta' Santa Marija fuq disinn ta' Aaron Camilleri Cauchi maħduma mill-Għaqda Armar Sta Marija għall-bejgħ...more |
![]() |
Armar 2009 |
|
![]() |
Jintrama l-Pedestall Monumentali Ritratti mill-armar tal-pedestall monumentali ta' quddiem il-każin tal-Banda Leone mill-Għaqda Armar Santa Marija nhar il-Ġimgħa... more |


