Up   |   Back
L-Istorja fir-Ritratti

Din hija s-Soċjetà Filarmonika Leone tal-Belt Victoria, bil-paġni tal-istorja tagħha, minquxa b'ittri tad-deheb, immortalizzati f'dawn ir-ritratti miżmuma b'għożża kbira fil-każin tagħha. Dawn huma wħud mill-mumenti speċjali għas-Soċjetà u għal missirjietna li ħadmu għalihom u kellhom ix-xorti li jgħixuhom. Huma awgurju għalina fit-tmun ta' din is-Soċjetà llum biex nagħmlu ġieħ lil min ġabna fil-post vantaġġjuż li ninsabu fih illum biex naħdmu bl-istess entużjażmu u nwellu lil ta' warajna Soċjetà Leone glorjuża bħalma u aktar milli writnieha aħna.

 


 

 
1905 | L-eqdem ritratt tal-Banda Leone | Quddiem il-każin tagħha fi Pjazza Savina 1910 | L-Atturi tas-Soċjetà Filarmonika Leone | Pjazza Savina   1-11-1950 | Programm Mużikali fil-Festi tad-Domma ta' l-Assunta | Oratorju Don Bosco

 

   

1963 | Il-Banda Leone f'għeluq il-100 sena ħajja | Każin il-Ġdid

  1963 | Diskors mill-President waqt il-ftuħ tal-każin il-ġdid | Victoria   1963 | Ġorġ Borg Olivier, Prim Ministru ta' Malta waqt il-ftuħ tal-każin il-ġdid | Victoria

 

   
1963 | Mons Isqof Pace jingħata merħba fil-każin il-ġdid | Victoria   1963 | Il-Prim Ministru jasal għall-ftuħ tal-każin il-ġdid | Victoria   1963 | Mons Isqof ibierek is-sala taċ-ċinema u Teatru Aurora | Victoria

 

   
1963 | Preżentazzjoni mis-Soċ. Nazzjonali La Vallette | Victoria
  1963 | Mons Isqof ippreżentat bukkett ward mal-wasla tiegħu | Victoria
  1966 | Kumpanija tal-Karnival tas-Soċjetà Leone flimkien mal-Karru trijonfali | Pjazza Savina

 

   
1973 | L-Ewwel kumitat ta' l-Aurora Youth Movement; il-moviment taż-żgħażagħ | Victoria
  1974 | L-Aurora Folk Group; l-ewwel grupp folkloristiku f'Malta u Għawdex għand is-Sindku ta' Ruma | Ruma
  9-10-1976 | Kunċert mill-Banda Ċittadina Leone li biha ġie mżanżan il-każin il-ġdid u Teatru ta' l-Opra Aurora | Victoria

 

   
1990 | Titwaqqaf uffiċċjalment il-Vampa Organisations | Victoria
  1993 | Il-Banda Leone l-Ewwel u l-Unika Banda Għawdxija f'Udjenza mal-QT Ġwanni Pawlu II | Ruma   1997 | Is-Soċjetà Leone tiċċelebra t-300 sena mit-tqegħid ta' l-ewwel ġebla tal-Katidral u l-100 sena ta' l-istatwa ta' Sta Marija | Pjazza Savina

 


Ritratti: Arkivji Soċjetà Filarmonika Leone | Ritratt tan-Nar: Ted Attard

 

Developed by ICT Systems Engineering