Quddiesa tal-ewwel Ġimgħa tax-xahar fis-Sala Dr. Francesco Masini, fil-Każin tal-Banda Leone.
Il-quddiesa se tkun immexxija minn Mons. Arċipriet Joseph Sultana u tibda fis-7:30pm.
Din il-quddiesa se tkun b’suffraġju ta’ Ġorġ Tabone, missier il-bandist residenti George Mario Tabone, u ta’ Emidio Farrugia, missier il-mara tal-bandist Mark Bonnici, li t-tnejn ħallewna fil-ġranet li għaddew. Bandisti u partitarji huma mħeġġa jingħaqdu mal-familjari tagħhom għal din il-quddiesa.
Din il-quddiesa tiġi organizzata kull xahar mis-Soċjetà Filarmonika Leone.